Ġie kkonfermat li l-goalkeeper internazzjonali Taljan Gianluigi Donnarumma se jkun qed jitlaq lil Paris St Germain. Ovvjament fil-finali tas-Super Cup Ewropea tal-lejla bejn il-Pariġini u Tottenham hu mhux se jiġi inkluż hekk kif Lucas Chevalier malajr sab postu bejn il-lasti.
Donnarumma bagħat ittra indirizzata lill-partitarji tal-klabb mill-belt kapitali Franċiża fejn irringrazzjahom tal-merħba li ngħata sa minn meta beda magħhom għalkemm issa wasal iż-żmien li jħallihom.
Sadanittant, Manchester City jibqgħu favoriti li jistgħu jiksbu s-servizzi tal-eks goalkeeper ta’ AC Milan.