Tuesday, January 7, 2025

Gianni Infantino jħabbar il-format ġdid tat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs … bi 32 team

Aqra wkoll

Il-President tal-FIFA, Gianni Infantino, għadu kif ħabbar li se tiġi organizzata Tazza tad-Dinja tal-Clubs li se tkun komposta minn 32 team. 

Dan ifisser li dan it-tournament se jikkwadruppla fid-daqs mill-format attwali u ll-bidliet ewlenin mistennija jidħlu fis-seħħ mill-2025.

Chelsea rebħu l-aħħar finali meta wara li rebħu l-UEFA Champions League huma għelbu lil Palmeiras, rebbieħa tal-Copa Libertadores, bl-iskor ta’ 2-1.

Il-club Ewropew u dak tal-Amerika t’Isfel ingħaqdu fis-semi-finali bit-timijiet mill-konfederazzjonijiet l-oħra jilagħbu qabel.

Real Madrid se jkunu r-rappreżentant Ewropew fl-edizzjoni tal-2023 wara r-rebħa tagħhom fuq Liverpool f’Pariġi f’Mejju.

U Infantino ikkonferma li t-tournament se jkun ospitat fil-Marokk.

Peró din l-aħbar xejn ma niżlet tajjeb mal-clubs konċernati u għaldaqstant jistgħu jibbojkottjaw il-kompetizzjoni l-ġdida.

Ekonomija

Sport