Saturday, December 21, 2024

“Ġibna ħafna barranin f’Malta u ma investejniex fil-ħiliet tal-Maltin”

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar fid-dibattitu Parlamentari dwar l-estimi għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tkellem dwar il-ħaddiema baranin f’Malta. Hu ddikjara li “ġibna ħafna barranin f’Matla u ma investejniex fil-ħiliet tal-Maltin”.

Hu kompla jgħid li  “għandna sfidi kbar quddiemna li xi wħud minnhom ma ssemmewx fil-budget. Aħna nitkellmu fuq il-fondi Ewropej daqs li kieku dawn se jibqgħu ġejjin b’mod naturali. Ejja ma nissottovalutawx l-isfidi li għandna quddiemna. Il-fondi Ewropej ma kinux hawn minn dejjem u jistgħu ma jibqgħux għall-futur. Se nkunu msejħin biex nagħżlu l-gvern ta’ pajjiżna. X’irridu gvern li ma jagħtix kas ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna jew gvern ġdid li jagħtu każ ir-reputazzjoni ta’ Malta. L-għażla issa f’idejn il-poplu Malti. Persważ li l-Maltin se jkunu attenti biex jagħżlu l-aħjar gvern biex imexxi lil Malta.”

Ekonomija

Sport