Wednesday, April 30, 2025

Gidba Faħxija

- Dr Joseph Muscat jiċħad dak li ntqal dwar fil-Qorti

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat qal li hija gidba faħxija dak li ntqal waqt xhiedha fil-Qorti.

“Nirreferi għal xhieda fil-Qorti fejn ex priguniera bi storja twila kriminali u ta’ droga xehdet li xi ħadd qalilha li jien ħallast lil xi ħadd biex titpoġġa l-bomba li permezz tagħha inqatlet Daphne Caruana Galizia.

“Din hija gidba faħxija mill-bidu sall-aħħar.

“Infakkar illi kien il-Gvern immexxi minni li ġab l-esperti li permezz tagħhom inqabdu l-persuni li ammettew li wettqu r-reat.

“Jien qatt ma ġejt informat b’din l-allegazzjoni mill-inkwirenti u qatt ma ntlabt nixhed dwarha,” temm jikteb Dr Muscat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport