B’referenza għal rapport falz fil-midja tal-Partit Nazzjonalista, il-Grupp Parlamentari Laburista jiċħad b’mod kategoriku li waqt laqgħa llum, il-Prim Ministru Robert Abela kkomunika deċiżjoni li l-Gvern se jibqa’ għaddej bir-riforma tal-ippjanar, mingħajr ma jagħmel emendi li jirriflettu l-proċess ta’ konsultazzjoni li sar.
Fattwalment dak irrappurtat huwa gidba. L-evalwazzjoni tal-proċess ta’ konsultazzjoni għadu għaddej b’laqgħat li saru sa dil-ġimgħa stess.
Bħalma jsir kull sena, is-Sibt ta’ qabel il-Budget, il-Grupp Parlamentari konġunt mal-Kabinett, tlaqqa’ sabiex jiddiskuti l-ħidma li ġejja b’rabta ma’ Budget ieħor li permezz t’ekonomija b’saħħitha jkompli jinvesti fil-familji Maltin u Għawdxin.
Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela se jkun qed jieħu l-passi legali b’rabta ma’ din il-gidba mill-midja Nazzjonalista.

