Friday, December 13, 2024

“Ġiet għandi familja b’tifel li jibża’ jpoġġi jiekol fuq l-istess mejda minħabba l-Covid”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’intervista li dan is-sit għamel mat-tabib u riċerkatur Jean Karl Soler tkellimna dwar diversi fatturi relatati mal-imxija tal-Covid-19. Ma stajniex ma nistaqsuhx rigward l-impatt psikoloġiku tal-imxija u l-miżuri li kellhom jiddaħħlu minħabba l-firxa tagħha.

It-tabib tkellem dwar esperjenza ta’ familja partikolari li marret għandu fejn tifel żgħir jagħżel li ma jpoġġix mal-bqija tal-familja waqt l-ikel minħabba fissazzjoni psikoloġika.

“Qed ngħallmu lit-tfal jibżgħu mill-ħbieb, biex ma jgħannqux lin-nanna, biex ma jbusux lil mama jew li ma jilgħabux ma’ tfal oħra u l-konsegwenzi u l-impatt psikoloġiku ta’ ċertu miżuri huma inkalkolabbli”, kompla l-argument tiegħu Soler.

Bħala Tabib tal-familja hu spjega li bħal dan il-każ, jeżistu każi oħra ta’ sitwazzjonijiet li qegħdin jirriżultaw minħabba l-effett psikoloġiku fuq dawk involuti li qiegħed jikkawża dannu li skontu jeħtieġ li jiġu indirizzati kemm jista’ jkun malajr.

Huwa mill-ġdid sostna dwar il-bżonn li nibdew nagħtu aktar importanza l-istudji u ssuġġerixxa li tingħata aktar importanza lil ċertu miżuri. Spjega dwar l-impatt psikoloġiku u soċjali ta’ ċertu miżuri bħalma huma l-ilbies tal-maskra fit-tfal. Jean Karl Soler jitkellem dwar l-importanza tal-metru distanza u li skontu jekk użata temporanjament skont is-sitwazzjoni tal-firxa tal-virus, tista’ ttaffi din iż-żieda fid-dannu psikoloġiku li qegħdin naffaċċjaw fil-preżent.

Intant huwa kkwota l-World Health Organisation u qal li fejn it-tfal, minħabba sitwazzjonijiet bħalma huwa n-nuqqas ta’ spazju fil-klassijiet li ma jagħmilhiex possibbli li tinżamm id-distanza soċjali, hemmhekk l-ilbies tal-maskra għandu jgħin. Minkejja dan huwa saħaq li fejn hu possibbli d-distanza soċjali għandha tingħata prijorità fuq l-ilbies tal-maskra.

Soler jkompli jispjega li l-impatt ekonomiku huwa fattur ieħor importanti. Fakkar li pajjiżna f’ħafna każijiet diffiċli mexa fuq il-passi tal-Ingliżi u anke meta jkollna ċertu każi ta’ mard jintbagħtu l-Ingilterra. Għalhekk, skontu issa li dawn rikonoxxew l-impatt negattiv tal-lockdown u l-kwarantina, jeħtieġ li jkun hawn emendi biex l-kwarantina ma tibqax obbligatorja.

Ekonomija

Sport