Saturday, November 23, 2024

Ġiet iffinalizzata r-rotta tal-pipeline tal-gass

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-proġett tal-pipeline tal-gass li se jgħaqqad Malta ma’ Sqallija wasal f’fażi fejn ġiet iffinalizzata r-rotta, kemm dik marittima, kif ukoll ir-rotta fuq l-art. Ir-rotta tal-pipeline tal-gass fiha madwar 151 kilometru. Min-naħa ta’ Malta, din ġiet ippreżentata fl-istudju dwar l-impatt ambjentali sottomess lill-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi (ERA)

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia meta aktar kmieni llum żar lill-impjegati tal-kumpanija Melita Transgas. Melita Transgas hija l-kumpanija pubblika li twaqqfet apposta proprju biex timplimenta l-proġett tal-pipeline tal-gass.

Il-Ministru fakkar li qabel u matul dawn l-istudji, saru bosta laqgħat ta’ konsultazzjoni, kemm mal-pubbliku kif ukoll mal-kunsilli lokali u l-awtoritajiet ikkonċernati.

Matul din iż-żjara, tħabbar ukoll li l-kumpanija waqqfet website li se tkun qed twassal informazzjoni lill-pubbliku dwar il-proġett kif ukoll se tinkludi dokumentazzjoni pubblika importanti għal dawk li huma interessati f’dan il-proġett vast u strateġiku għal pajjiżna. Il-logo tal-proġett fil-fatt jirrappreżenta l-għaqda ta’ Malta ma’ Sqallija u l-bqija tal-Ewropa permezz ta’ dan il-pipeline.

Ġaladarba dan il-proġett jitlesta, il-pipeline se jkun qed jgħaqqad lil Malta mal-grid Ewropew u jagħti aktar kapaċità ta’ trasmissjoni ta’ gass lil Malta.

Minister for Energy and Water Management Michael Farrugia visits MelitaTransgas

Sport