Friday, May 24, 2024

Ġiet mewġa u kaxkrithom lura fil-baħar

Aqra wkoll

L-għaddasa li aktar kmieni din il-ġimgħa sabu ruħhom f’diffikultà fejn anke jekk jisejjaħ ħelikopter tal-Forza Armati ta’ Malta kienu laħqu telgħu fuq ix-xatt, iżda hekk kif kienu qegħdin ineħħu t-tagħmir li jintuża mill-għaddasa ġiet mewġa u kaxkrithom.

Hekk qal lil dan is-sit Brandon Pisani l-kelliem għall-Pulizija fejn sostna li b’xorti tajba ħadd minnhom ma sofra ġrieħi gravi.

Aktar kmieni:Salvati mill-inqas żewġ għaddasa mix-Xatt l-Aħmar f’Għawdex

Ftit tal-ħin ilu għadhom kemm ġew salvati mill-inqas żewġ għaddasa li kienu qegħdin jipprattikaw id-delizzju tagħhom fl-inħawi tax-Xatt l-Aħmar f’Għawdex.

Jirriżulta li l-għaddasa sabu ruħhom f’diffikutajiet minħabba l-mewġ li hemm fiż-żona. Wieħed mill-għaddasa rnexxielu jitla’ fuq il-blat, iżda għal xi ħinijiet kien hemm għaddas mitluf.

Kien għalhekk li fuq il-post issejjaħ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta li wara ftit ħin irnexxilu jsib lil għaddas u jiġbru mill-baħar. Hu tella’ fuq l-art u ttieħed lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz ta’ ambulanza li kienet qed tistenna fuq il-post.

Sorsi fuq il-post qalu lil dan is-sit li mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li hekk kif l-għaddasa telgħu f’wiċċ il-baħar sabu ħafna mewġ u ma setgħux jersqu lejn ix-xatt. Il-mewġ beda jsabbathom mal-blat u għalhekk kellhom joħorġu aktar ‘il barra. L-istess sorsi qalu li r-raġel wieħed mill-għaddasa waqt li kien qiegħed fil-baħar beda jagħti ħass ħażin u għalhekk kien impossibbli li jitla’ waħdu fuq il-blat.

L-identità u l-kundizzjoni tagħhom s’issa għadha mhix magħrufa.

Bħalissa fuq il-post hemm numru ta’ pulizija u anke tim mediku ieħor mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li qegħdin jassistu lill-għaddas li rnexxielu jitla’ l-art. Fuq il-post issejħu wkoll il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu.

Aktar dettalji kif jaslulna…

Sport