Wednesday, October 16, 2024

Gift Orban fir-radar ta’ Fulham

Aqra wkoll

Fulham qed jippruvaw isibu s-sostitut tal-attakkant internazzjonali Serb Aleksandr Milinkovic li ngħaqad ma’ Al Hilal fl-Arabja Sawdija. Dan in-nuqqas se jiswa mhux ftit lil Fulham li minkejja li daħħlu flus sew tiegħu, madankollu diffiċli ssib plejer li jiskorjalek 111 gowl f’206 partiti.

Huwa għalhekk li d-diriġenti ta’ The Cottagers qed iħarsu lejn il-profil ta’ Gift Orban li jilgħab ma’ Genk u li skorja 20 gowl fi 22 partita, l-istess medja ta’ Mitrovic.

Matul dan l-istaġun hu diġa’ skorja sitt gowls fl-ewwel tliet partiti u għalhekk l-għan hu li Fulham jakkwistawh.

Sport