Il-kowċ temporanju tat-tim nazzjonali Malti Gilbert Agius u l-assistenti tiegħu Davide Mazzotta u Alessandro Zinnari sejħu skwadra ta’ 28 plejer għal-logħob ta’ ħbiberija internazzjonali ta’ Novembru. Malta għandha tilgħab kontra l-Greċja fis-17 ta’ Novembru u erbat ijiem wara tiffaċċja lill-Irlanda f’partita oħra ta’ ħbiberija fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.
L-iskwadra tħabbret nhar il-Ġimgħa qabel il-plejers jibdew it-taħriġ tagħhom it-Tnejn filgħodu wara l-partiti tal-klabb domestiku ta’ dan il-weekend.
L-attakkant ta’ Floriana Kyrian Nwoko u l-goalkeeper ta’ Sliema Wanderers Rashed Al Tumi reġgħu ġew inklużi wara żmien twil. Il-lista ta’ plejers tara wkoll ir-ritorn ta’ Luke Gambin ta’ Sutton United, Karl Micallef ta’ Gudja United, u d-duo ta’ Hibernians Kurt Shaw u Dunstan Vella. Juan Corbalan ta’ Hamrun S. u Steve Pisani ta’ Gżira wkoll reġgħu ġew inklużi fil-lista wara li tilfu l-aħħar ħarġiet tat-Tim Nazzjonali.
L-għażla tinkludi grupp b’taħlita ta’ żgħażagħ u esperjenza, b’ħames plejers imwielda fl-2000 jew wara. Il-kowċ Gilbert Agius sejjaħ tliet goalkeepers, seba’ difensuri, disa’ midfielders u disa’ attakkanti fil-grupp tiegħu.
Il-lista tal-iskwadra hija kif ġej:
Goalkeepers: Henry Bonello (Hamrun S), Jake Galea (Ettelbruck – Lussemburgu), Rashed Al Tumi (Sliema W.).
Difensuri: Ferdinando Apap (Hibernians), Jean Borg (Valletta), Steve Borg (Hamrun S.), Karl Micallef (Gudja United), Kurt Shaw (Hibernians), Zach Muscat (Farense – POR), Enrico Pepe (Birkirkara).).
Midfielders: Juan Corbalan (Hamrun S.), Ryan Camenzuli (Hamrun S), Steven Pisani (Gzira United), Matthew Guillaumier (Hamrun S.), Bjorn Kristensen (Hibernians), Adam Magri Overend (Floriana), Brandon Diego Paiber (Valletta), Teddy Teuma (R.U. Saint Gilloise – Belġju), Dunstan Vella (Hibernians).
Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians), Shaun Dimech (Valletta), Luke Gambin (Sutton United FC – ENG), Jodi Felice Jones (Oxford United FC – Ingilterra), Joseph Essien Mbong (Kiryat Shmona – Iżrael), Paul Mbong (Birkirkara), Luke Montebello (Hamrun S.), Kyrian Nwoko (Floriana), Alexander Satariano (Balzan).