Zabbar St Patrick FC ħabbru lill-Kowċ Gilbert Agius bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom.
Fi stqaarija huma qalu li l-Kowċ Agius iġib miegħu esperjenza vasta u rekord eċċellenti, wara li gawda suċċess kbir matul il-karriera tiegħu kemm bħala plejer tal-ogħla livell kif ukoll bħala kowċ.
Huma komplew li l-mentalità rebbieħa tiegħu, it-tmexxija, u l-għarfien profond tal-logħba se jkunu assi imprezzabbli hekk kif qed nkomplu jibnu fuq l-ambizzjonijiet tagħhom.
Zabbar SP tennew li jinsabu eċċitati li jibdew dan il-kapitlu ġdid flimkien u qed iħarsu ‘l quddiem biex jaħdmu mill-qrib mal-Kowċ Agius hekk kif qed iħarsu ‘l quddiem b’kunfidenza u determinazzjoni.
Dan wara fi stqarrija oħra li ħarġu iktar kmieni Zabbar St. Patrick FC qalu li huma u l-Kowċ Aniello Parisi qablu b’mod reċiproku li jtemmu r-relazzjoni ta’ bejniethom b’effett immedjat.
Il-klabb irringrazzja sinċerament lill-Kowċ Parisi għad-dedikazzjoni u l-professjonaliżmu tiegħu, partikolarment matul l-istaġun li għadda, fejn it-tim laħaq b’suċċess il-mira tiegħu li jżomm l-istatus tal-Malta Premier League fl-ewwel sena tiegħu lura fl-ogħla diviżjoni wara 20 sena.
Humairringrazzjawh għax-xogħol iebes u l-impenn tiegħu lejn il-klabb u awgurawlu kull suċċess fl-isforzi futuri tiegħu.

