Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Ġunju, waqt xandira diretta fuq ONE, insiru nafu minn se jirrrapreżentana fl-akbar konkors tas-sbuħija ‘Miss u Mr World’, fejn Nicole Spiteri u Slaven Micallef, ir-rebbieħa renjanti se jkunu qed iċedu dan it-titlu.
Din se tkun id-29 edizzjoni li Modelle International minn mindu ngħatat lilhom il-liċenzja minm Miss World Jersey Ltd, fejn ta’ kull sena jlaqqgħu numru ta’ kontestanti, minn diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex.
Il-kontestanti, li kollha ġew diġá ġġudikati fuq il-personalitá, se narawhom jimmudellaw b’ilbiesi eleganti, fejn imbagħad jintgħażlu 12, u lil dawn narawhom jerġgħu jiġu ġġudikati fuq il-figura tagħhom permezz ta’ malji tal-għawm, biex finalment naraw l-aħħar erba’ finalisti jgħaddu l-messaġġ tagħhom.
Il-ftuħ tas-serata se tkun f’idejn Diana Dragos fejn se tkun qed tagħmel wirja mill- isbaħ.
Is-serata se tkun mmexxija mill-preżentaturi Keith Demicoli u Natalia Galea
Dawk kollha preżenti se jaraw kollezzjonijiet tal-aħħar moda minn djar tal-moda diversi.
Sue Rossi u Claudia Calleja, l-organizzaturi ta’ dan l-avveniment huma sodisfatti ħafna wara xhur ta’ ħidma mill-protagonisiti għal nhar l-Erbgħa li ġej. Grazzi tmur lill-isponsors uffiċjali ta’ din is-serata u VisitMalta.
Din is-serata ser tkun bi trażmissjoni diretta minn Villa Bighi, u qed tiġi organizzata minn Modelle International, esklussivament liċenzjati minn Miss World Jersey Ltd.