Monday, November 11, 2024

Ġimgħa deċiżiva fil-kompetizzjonijiet tal-Blackball

Aqra wkoll

Hekk kif il-ġimgħa l-oħra ntlagħbet l-aħħar ġurnata ta’ logħob mill-kampjonati tal-Blackball, il-fażi li jmiss se tkun waħda ferm eċitanti li minnha se joħorġu r-rebbieħa fit-tliet diviżjonijiet rispettivi.

Fin-National League, Valletta Breakwater għaddew għall-finali wara li spiċċaw fl-ewwel post tal-klassifika u jistennew ir-rebbieħ tas-semifinali bejn Cospicua Rangers u Ħamrun 147 A sabiex ikunu jafu l-avversarji tagħhom.

Aktar qabel, Cospicua Rangers għaddew għal din il-fażi wara li eliminaw lil Ħamrun 147 B bl-ewwel leg jispiċċa fi draw ta’ 10-10 filwaqt li fit-tieni leg, il-Bormliżi rebħu 21-18.

Sadanittant Jojo’s Birżebbuġa A se jkunu qed jaffrontaw lil Każin Pinto Qormi A fil-finali taċ-Challenge League.

Fir-Regional League, Birkirkara Duke’s A għaddew għas-semifinali wara li għelbu San Ġwann Nick’s A 11-9 u 21-18. Huma se jilagħbu fis-semifinali kontra Birkirkara Youngsters fit-tentattiv li jiksbu post fil-finali kontra Mosta St Mary’s.

Sadanittant dawn l-erba’ timijiet ġew promossi għan-National League fl-istaġun li ġej.

Finalment fil-Community League, Valletta Fossa Boys u PL Balzan B ġew promossi għar-Regional League wara li rebħu s-sezzjoni rispettiva tagħhom. Aktar logħob se jkun qed jintlagħab sabiex isir magħruf ir-rebbieħ fil-kategorija tagħhom

Sport