Wednesday, October 30, 2024

Ġimgħa impenjattiva għal diversi referees lokali fil-UEFA Europa Conference League

Aqra wkoll

Ġimgħa impenjattiva għal diversi referees lokali inkarigati u fdati biex jikkontrollaw partiti mill-UEFA Europa Conference League fil-jiem li ġejjin.

Il-partiti kollha huma konfronti mill-Eweel Leg tat-Tieni Round ta’ Kwalifikazzjoni bir-referee tal-FIFA Ishmael Barbara jitlaq lejn l-Irlanda biex jmexxi d-90 minuta bejn it-team lokali Saint Patrick’s Athletic u NŠ Mura mis-Slovenja.

Il-partita tal-Ħamis f’Richmond Park f’Dublin se tara lir-referee Barbara assistit minn Roberto Vella u Duncan Spencer bħala Assistenti Referees, filwaqt li ingħaqad magħhom ukoll Emanuel Grech bħala parti minn dan it-team, assenjat bħala r-raba’ uffiċjal.

Logħba differenti mill-istess kompetizzjoni nhar il-Ħamis tara wkoll uffiċjali lokali jirrappreżentaw lill-Malta FA.

Ir-Referee tal-FIFA Matthew De Gabriele se jmexxi t-team tal-uffiċjali tiegħu fil-Każakstan għat-Tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League, partita mill-ewwel leg bejn it-team lokali FC Tobol Kostanay u t-team ta’ Ġibiltà, Lincoln Red Imps FC.

Jingħaqdu ma’ Matthew nhar il-Ħamis fit-Tsentralniy, Kostanay Stadium fil-Kazakstan hemm Jurgen Spiteri u Mitchell Scerri bħala l-Assistenti Referees tiegħu, u Andrea Sciriha inkarigat bir-rwol tar-raba’ uffiċjal.

U inkarigu ieħor għall-uffiċjali Maltin f’dan il-lejl impenjattiv tal-Ħamis ta’ football Ewropew fil-UEFA Europa Conference League, bl-uffiċjal tal-badge tal-FIFA Philip Farrugia fir-rwol ewlieni tiegħu ta’ referee biex imexxi l-partita fil-Belġju bejn Royal Antwerp FC u FC Drita mill-Kosovo.

Għal-logħba fil-Bosuilstadion, f’Deurne fil-Belġju, ir-Referee Philip Farrugia se jkun qed jingħaqad minn Alan Camilleri u James Muscat bħala l-Assistenti Referees tiegħu, waqt li Daniel Portelli se jkun ir-raba’ uffiċjal f’din il-partita.

Il-Malta FA xtaqet testendi l-isbaħ xewqat tagħha lill-uffiċjali Maltin kollha fdati bir-rwoli rispettivi tagħhom lil hinn minn xtutna li jikkontrollaw partiti f’kompetizzjoni importanti bħal mhija l-UEFA Europa Conference League.

Sport