L-istaġun tal-Blackball jinsab fl-aħħar fażijiet tiegħu hekk kif matul din il-ġimgħa se jintlagħbu l-finali tad-diviżjoni rispettiva.
L-iktar finali mistennija hi dik ta’ nhar l-Erbgħa li ġej hekk kif Ħamrun 147 A jaffaċċjaw lil Cospicua Rangers A f’konfront li għandu jkun wieħed akkanit minħabba li ż-żewġ timijiet għandhom plejers ta’ kalibru fi ħdanhom.
Illejla Żebbuġ St Joseph jilagħbu kontra Siġġiewi Montekristo fid-derby bejn żewġ timijiet viċin xulxin sabiex wieħed minnhom jirbaħ l-Amateur Trophy Final.
L-għanda t-Tlieta PL Balzan jisfidaw lil San Ġwann Tiki Taka C għar-rebħ tas-CAMC Community League.
Il-Ħamis ikun imiss iċ-Challenge League Final hekk kif Jojo’s Birżebbuġa għandhom konfront iebes kontra Ħamrun 147 C filwaqt li din il-ġimgħa intensiva tagħlaq bil-finali tar-Regional League meta Qormi Anici Boys jeħduha kontra San Ġwann Tiki Taka A.