Tuesday, November 26, 2024

Ġimgħa tal-ħolm għal Enzo Barrenechea

Aqra wkoll

Ħafna sejħu l-ġimgħa tal-plejer Arġentin ta’ Juventus Enzo Barrenechea bħala waħda tal-ħolm. Fil-fatt il-plejer żagħżugħ ta’ 21 sena għamel id-debutt mat-tim tal-kbar proprju fil-UEFA Champions League kontra Paris St Germain il-ġimgħa l-oħra filwaqt li fi tmiem din il-ġimgħa kien ukoll protagonista mat-tim taż-żgħażagħ tal-Bianconeri hekk kif skorja l-gowl deċiżiv fir-rebħa ta’ 2-1 li kellhom kontra Novara. 

Ħafna qed isostnu li żagħżugħ bħal Barrenchea jaf ikun utli f’nofs il-grawnd għall-kowċ Massimiliano Allegri, b’bosta kritiċi tal-futbol Taljan isostnu li t-tim minn Turin messu jafda iktar fiż-żgħażagħ tiegħu li huma ferm motivati.

Sport