Gina McNamara rebħet il-midalja tal-fidda fil-finali tal-5,000m tal-atletika.
McNamara daħlet it-tieni f’ħin ta’ 17:07.30.
Ir-rebbieħa kienet l-atleta minn Andorra Jessica Martin 16:42.94.
Atleta oħra maltija fl-azzjoni f’din il-finali kienet Jemima Farley li irtirat fl-aħħar parti tat-tiġrija. Farley bdiet tajjeb iżda jidher li lejn l-aħħar kellha xi problemi fiżiċi li waslu biex ma tkompliex it-tiġrija.