L-eks difensur internazzjonali Taljan Giorgio Chiellini mar fil-Continassa ta’ Turin sabiex jiltaqa’ mal-eks kollegi ta’ Juventus FC. Hu għadu kemm lagħab l-aħħar logħbiet ma’ Los Angeles FC qabel ma ħabbar li se jirtira mill-futbol kompetittiv.
Diversi gazzetti Taljani qed isostnu li r-raġuni għala Chiellini mar f’Turin kien proprju biex jiddiskuti mad-diriġenza Bianconcera sabiex jokkupa rwol amministrattiv fi ħdan il-klabb. Dan kollu ma ġiex miċħud u għalhekk il-probabbilta’ li fil-ġimgħat li ġejjin titħabbar din id-deċiżjoni.