Wara esperjenza twila ma’ Juventus, fejn qatta’ 17-il staġun, Giorgio Chiellini se jilgħab ma’ Los Angeles FC, team tal-Major League Soccer li jinkludi wkoll lil Carlos Vela, player ieġor li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-football Ewropew.
Sbatax-il staġun, 561 logħba u ħajja ddedikata lil team wieħed jixirqilhom rikonoxximent mid-dinja kollha. Giorgio Chiellini sellem lil Juventus, fejn ħalla marka li ma titħassarx kemm fil-ground kif ukoll barra minnu. Minbarra l-impenn tiegħu fil-ground, il-personalità ta’ ħbiberija u avviċinabbli tiegħu mal-partitarji u mal-istampa saħansitra kisbulu iktar rispett.
Id-difensur veteran Taljan se jilgħab ma’ Los Angeles FC, li ħabbar l-iffirmar tiegħu wara ġimgħat ta’ rapporti, u spekulazzjonijiet. Il-club Amerikan ippublika ritratt ta’ Chiellini fuq Twitter, li fih deher liebes flokk tal-club il-ġdid tiegħu.
Din se tkun l-ewwel darba li d-difensur se jaqsam il-kontinent u b’hekk jibda vjaġġ ġdid fil-Major League Soccer, l-akbar kompetizzjoni fl-Istati Uniti. Huwa se jkomli mas-serje ta’ palyers meqjsua bħala stilel li ddeċidew, li jippruvaw l-hekk imsejħa ‘American dream’ fl-aħħar għaxar snin. Insigne, l-istilla ta’ Napoli, huwa eżempju ċar.