Giorgio Chiellini kkonferma li mhux se jirtira u jista’ jmur jilgħab fl-MLS.
Il-captain ta’ Juventus u l-Italja ħalla lill-Bianconeri minkejja li fadallu sena kuntratt u se jirtira mill-football internazzjonali nhar l-Erbgħa wara l-logħba tal-Italja kontra l-Arġentina f’Wembley Stadium.
Huwa ġie marbut ma’ ċaqliq lejn l-MLS, fejn Los Angeles FC u Vancouver Whitecaps huma interessati li jassiguraw is-servizzi tiegħu.