Sunday, November 24, 2024

Giovanni Lo Celso b’injury fit-tul?

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Antonio Conte żvela li Giovanni Lo Celso tilef ir-rebħa ta’ Boxing Day fuq Crystal Palace minħabba injury fil-pexxul.

L-internazzjonali Arġentin ġarrab staġun frustranti b’injuries u għandu biss seba’ dehriet fil-Premier League f’ismu dan l-istaġun – tnejn minnhom mill-bidu.

Lo Celso reġa’ kien fuq il-bank għall-partiti kontra Liverpool u West Ham United aktar kmieni dan ix-xahar, iżda ma deherx fir-rebħa ta’ 3-0 tal-Ħadd kontra l-Eagles.

Conte jemmen li l-injury tal-midfielder mhux se żżommu barra għal żmien twil, iżda, u qal lill-ġurnalisti: “Mhijiex injury serja, wara l-logħba kontra West Ham il-plejers li ma lagħbux kellhom ftit taħriġ u f’dan it-taħriġ kellu daqsxejn ta’ injury fil-pexxul tiegħu.”

“Għal prekawzjoni iddeċidejna li nistennew, speċjalment f’din is-sitwazzjoni importanti li nisimgħu lill-player. Meta jkollok problema fil-pexxul tiegħek, il-player biss jista’ jagħtik is-sitwazzjoni t-tajba.”

Lo Celso skorja goal wieħed u pprovda assist wieħed minn 14-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun iżda ma lagħabx fil-Premier League mid-draw ta’ mingħajr goals kontra Everton fis-7 ta’ Novembru.

Sport