Jidher kważi ċert li l-attakkant internazzjonali Arġentin, Giovanni Simeone, se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Napoli.
El Cholito, kif inhu magħruf, għandu medja ta’ gowls ferm aħjar minn Victor Osimhen u għalhekk id-diriġenti Partenopei huma lesti li jiltaqgħu madwar mejda biex jiddiskutu mar-rappreżentant tiegħu.
Sadanittant, Napoli mistennija jbiegħu għalkollox lil Andrea Petagna lil Monza. Dan tal-aħħar jinsab b’self magħhom iżda mistenni jingħaqad b’mod permanenti sabiex Napoli jkollhom aktar flus x’jinvestu fuq l-istess Simeone.