Giovanni Tedesco nħatar bħala kowċ ta’ Perugia. Il-klabb mill-Umbria jinsab għaddej minn perjodu diffiċli ħafna mil-lat sportiv, peressli jinsabu t-tieni mill-aħħar bi tliet punti biss wara 10 Matchdays fis-Serie C fl-Italja u fil-fatt kienu jkunu l-aħħar li kieku Rimini ma kinux ġew penalizzati 12-il punt.
Wara l-glorji tas-snin tagħhom fis-Serie B, il-klabb issa jinsab fi problemi serji u ddeċieda li jirfa’ ħarstu fuq Tedesco, plejer ta’ Palermo bejn l-2006 u l-2010, kowċ tat-tim taż-żgħażagħ ta’ Palermo fl-2011-2012, u kowċ interim tal-ewwel tim fl-2016. Din hija d-dikjarazzjoni ta’ Perugia:
“AC Perugia Calcio tħabbar li ħatret lil Giovanni Tedesco bħala kowċ.”
Konoxxitur profond tal-ambjent ta’ Perugia, Tedesco jirritorna ma’ dan it-tim wara li libes il-flokk tal-Grifo bħala plejer, u jorbot ismu ma’ ħafna mumenti sinjifikanti fl-istorja tal-klabb, l-aktar ir-rebħa tat-Tazza Intertoto fl-2003, fejn skorja wieħed miż-żewġ gowls fit-tieni leg tal-finali kontra Wolfsburg. Mill-1998 sal-2004, qatta’ sitt staġuni fis-Serie A, fejn għamel 183 dehra b’kollox, inklużi kompetizzjonijiet tat-Tazzi (154 minnhom bħala captain) u skorja 25 gowl.
Huwa rebaħ ukoll żewġ kampjonati tas-Serie B ma’ Fiorentina u Salernitana.
Huwa beda l-karriera tiegħu fil-kowċing ma’ Palermo u kompla jmexxi timijiet fil-Malta Premier fosthom Hamrun Spartans, Gzira United, Valletta, Sirens, u Santa Lucia, fejn rebaħ żewġ FA Trophies ma’ Floriana u Birkirkara. Kellu wkoll perjodu qasir fil-Qatar ma’ Al-Mesaimeer.

