Saturday, November 9, 2024

Ġirja kontra l-ħin biex jiġi salvat tifel maqbud f’bir fl-Afganistan

Aqra wkoll

Ħaddiema ta’ salvataġġ jinsabu f’ġirja kontra l-ħin biex isalvaw tifel maqbud f’bir ta’ 33 pied fl-Afganistan.

Skont rapporti internazzjonali, jidher li lt-tifel, imsemmi min-nies tal-lokal bħala Haidar, ilu maqbud f’dan il-bir għal dawn l-aħħar jumejn, bil-ħaddiema ta’ salvataġġ jaħdmu ħafna biex jippruvaw isalvawh.

Dawn ix-xeni fakkru lil ħafna f’dawk li rajna fil-Marokk ġimgħatejn ilu fejn Rayan Awram ta’ ħames snin kien waqa’ f’bir u minkejja l-isforzi kollha tal-ħaddiema ta’ salvataġġ, sfortunatament kienet tħabbret il-mewt tiegħu ftit minuti wara li ġie salvat.

Haidar jinsab maqbud f’bir f’raħal remot Afgan ta’ Shokok fin-Nofsinhar tal-pajjiż.

Ritratti juru lit-tifel mal-ġenb tal-ħitan tal-bir u iċaqlaq dirgħajh u l-parti ta’ fuq ta’ ġismu.

Filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali, inkluż minn uffiċjali tal-gvern il-ġdid tat-Taliban il-ġdid, juri lit-tifel ċkejken bid-dmugħ jitkellem ma’ missieru.

Il-missier jinstema jgħid: “Tinsab tajjeb, ibni? Tkellem miegħi u tibkix. Qed naħdmu biex noħorġuk minn hemm ġew,” bit-tifel iwieġeb: “Ok, nibqa’ nitkellem.”

Dan il-filmat kien possibbli grazzi għall-ħaddiema tas-salvataġġ li niżlu kamera fil-bir dejjaq permezz ta’ ħabel.

Permezz ta’ tweet, Abdullah Azzam, is-Segretarju tal-Viċi Prim Ministru, qal li fuq il-post hemm tim hemm b’ambulanza, ossiġnu u affarijiet oħra meħtieġa.

Intant, saret trinka biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jilħqu lit-tifel, u s-salvataġġ jidher simili għal kif sar l-attentat biex jiġi salvat iċ-ċkejken Rayan fil-Marokk.

Filmat ieħor juri l-ħaddiema jbaxxu l-ikel u x-xorb lejn it-tifel, u jidher li qed jiekol u jixrob.

Sport