Thursday, October 9, 2025

Ġirja kontra l-ħin biex jintlaħqu turisti maqbuda mill-borra fuq l-Everest

Aqra wkoll

Ħaddiema tas-salvataġġ Ċiniżi ġew mobilizzati biex jgħinu fis-salvataġġ ta’ mijiet ta’ turisti maqbuda minn borra qawwija u rjieħat f’postijiet tal-ikkampjar turistiċi fuq il-wiċċ tal-lvant tal-Muntanja Everest fit-Tibet. 

Madwar 350 persuna ġew salvati u ttieħdu f’postijiet siguri, filwaqt li membri tas-salvataġġi kien għadhom f’kuntatt ma’ 200 turisti oħra li għad iridu jiġu salvati, skont kif irrappurtat il-midja statali Ċiniża.

Il-borra qawwija li bdiet nieżla nhar il-Ġimgħa filgħaxija intensifikat fuq l-għoljiet tal-lvant tal-Muntanja Everest matul matul tmiem il-ġimgħa, u nqabdu fija mijiet li kienu mixjin. It-temp ħażin li dar f’daqqa laqat ukoll lin-Nepal, fejn xita torrenzjali u għargħar qatlu mill-inqas 47 persuna minn nhar il-Ġimgħa.

L-isforzi ta’ salvataġġ għadhom għaddejjin biex jiżguraw li l-persuni maqbuda fil-maltempata tas-silġ ħdejn il-Muntanja Everest jitwasslu f’postijiet ta sigurtà.

Borra qawwija qabdet mijiet ta’ turisti li kienu qed jimxu fil-wied tat-Tibet li jwassal għall-wiċċ tal-lvant tal-Muntanja Everest, hekk kif bdiet btala nazzjonali ta’ tmien t’ijiem fiċ-Ċina.

Kampista rrakkonta li kellu jneħħi l-borra barra t-tinda tiegħu kull 10 minuti filwaqt li gwida oħra qalet li l-borra li niżlet ma kinitx tas-soltu u kienet għolja għal dan iż-żmien tas-sena.

Madankollu kien hemm rapporti mill-midja kkontrollata mill-istat taċ-Ċina ta’ temp perikoluż f’din il-parti tal-Ħimalaja waqt il-vaganza ta’ Ottubru u l-isforzi ta’ salvataġġ sussegwenti.

Skont l-istess rapporti, it-trekkers kollha issa jew inġiebu lura jew kif jidher, fis-sigħat li ġejjin, il-gruppi ta’ mixjiet se jinżlu mill-muntanja fi stadji u mhux ilkoll f’daqqa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport