Friday, November 15, 2024

Giro d’Italia: Il-Franċiż Arnaud Demare jirbaħ it-13-il stadju

Aqra wkoll

Il-Franċiż, Arnaud Demare, rebaħ it-13-il stadju tal-Giro d’Italia biex kiseb ukoll it-tielet rebħa din is-sena … u l-10 waħda tiegħu tal-karriera tiegħu tal-Grand Tour. 

It-tellieqa kienet bejn Sanremo u Cuneo fuq distanza ta’ 150 kilometru hekk kif Demare rreġistra ħin ta’ tliet sigħat, 18-il minuta u 16-il sekonda. 

Fi tmiem drammatiku huwa għeleb lill-Ġermaniż  Phil Bauhaus u lil Britanniku Mark Cavendish, bil-Kolumbjan Fernando Gaviria jidħol fir-raba’ post. 

L-Ispanjol, Juan Pedro Lopez (Trek-Segafredo) qed jillidja l-klassifika ġenerali b’54:37:23, segwit mill-Ekwadorjan Richard Carapaz (Ineos Grenadiers) u l-Portugiż Joao Almeida (UAE Team Emirates). 

Ir-riżultat tat-13-il stadju huwa:

Arnaud Demare (Fra/Groupama-FDJ) 3hr 18min 16sec

Phil Bauhaus (Ger/Team Bahrain) 

Mark Cavendish (GB/Quick-Step Alpha Vinyl) 

Fernando Gaviria (Col/UAE Team Emirates) 

Alberto Dainese (Ita/DSM) 

Simone Consonni (Ita/Cofidis) 

Dries De Bondt (Bel/ALP) 

Giacomo Nizzolo (Ita/ISR) 

Andrea Vendrame (Ita/AG2) 

Tobias Bayer (Aut/ALP) 

Ekonomija

Sport