Friday, December 13, 2024

Giro D’Italia: L-Olandiż Koen Bouwman jirbaħ id-19-il stadju

Aqra wkoll

Iċ-ċiklist Olandiż, Koen Bouwman (Team Jumbo-Visma) rebaħ id-19-il stadju tal-Giro D’Italia li kien bejn Marano Lagunara u Santuario de Castelmonte fuq distanza ta’ 177 kilometri.

Fid-dritta finali huwa għeleb l-isfida tal-Isvizzeru Mauro Schmid (Quick-Step Alpha Vinyl Team) meta daħlu ras imb’ras hekk kif irreġistra ħin ta’ 4 sigħat, 32 minuta u 55 sekonda … segwiti mit-Taljan Alessandro Tonelli (Bardiani-CSF-Faizane) u l-Ungeriż Attila Vendrame (Groupama-FDJ)

Meta fadal żewġ  stadji għat-tmiem, il-Kolumbjan Richard Carapaz (Ineos Grenadiers) għadu qed jillidja l-klassifika ġenerali b’ħin ta’ 81 siegħa, 18-il minuta u 12-il sekonda, segwit mill-Awstraljan Jai Hindley (Bora-Hansgrohe) bi tliet sekondi.

Ekonomija

Sport