Sar magħruf li l-attakkant veteran Franċiż Olivier Giroud ġie vvutat bħala plejer tal-ġimgħa hekk kif intlagħbet l-aħħar ġurnata tal-UEFA Champions League.
L-eks plejer ta’ Chelsea u Arsenal kien awtur ta’ doppjetta fil-partita li i Rossoneri lagħbu kontra Salzburg sabiex witta t-triq għal din ir-rebħa u l-passaġġ eventwali għall-fażi li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni.
Giroud warrab l-isfida ta’ Federico Valverde, Christopher Nkunku u Ferran Torres li wkoll kellhom logħbiet tajbin mat-timijiet rispettivi tagħhom.