Id-direttur ta’ Juventus Cristiano Giuntoli wera x-xewqa li jżomm lill-attakkant internazzjonali Franċiż Randal Kolo Muani. Dan tal-aħħar jinsab mal-Bianconeri fuq bażi ta’ self mingħand Paris St Germain. Hu ħalla impatt enormi fl-Allianz Stadium hekk kif skorja erba’ gowls fi tliet logħbiet.
Giuntoli qal li jinsabu kuntenti bil-progress ta’ dan il-plejer u se jagħmlu minn kollox sabiex jibqa’ magħhom.