L-eks plejer internazzjonali Taljan Giuseppe Rossi ħabbar li se jkun qed itemm il-karriera tiegħu tal-futbol. Il-plejer li kien jilgħab ma’ Parma, Manchester United, Newcastle, Villareal, Fiorentina, Genoa, Levante u SPAL kien qed ikollu ħafna injuries u wara konsultazzjoni mat-tobba tiegħu, iddeċieda li jaqta’ linja darba għal dejjem.
Il-plejer li twieled fl-Istati Uniti u li għandu ċittadinanza Taljana, għandu 36 sena u spiss kellu jibqa’ barra mil-logħob sabiex isirulu diversi interventi f’saqajh il-leminija.
Diversi klabbs permezz tat-Twitter tagħhom irringrazzjaw lil Giuseppe Rossi tas-servizz li ta kull fejn mar.