Thursday, November 13, 2025

Ġlied bejn dimostranti u membri tas-sigurtà waqt il-COP30 fil-Brażil

Aqra wkoll

Kien hemm ġlied bejn persuni jipprotestaw u l-gwardji tas-sigurtà fil-konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-klima tal-COP30 tard it-Tlieta filgħaxija, meta grupp ta’ nies Indiġeni u mhux Indiġeni attakkaw iċ-ċentru tal-konferenzi f’Belém fil-Brażil.

Il-kommossjoni nqagħlet meta għexieren ta’ rġiel u nisa, xi wħud b’kappell bir-rix ikkulurit ġrew lejn id-daħla fejn kienet qed issir il-konferenza, imbuttaw il-bieb u daħlu fiż-Żona.

Huma xejru banners u bdew jgħajtu sakemm tneħħew bil-forza mill-membri tas-sigurtà. Kelliem tan-NU qal li żewġ gwardji tas-sigurtà sofrew ġrieħi ħfief u kien hemm ħsarat żgħar fil-post.

Il-gwardji tas-sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ħarġu jiġru biex iwaqqfuhom iżda sadanittant raġel mhux Indiġenu rnexxielu jidħol fiż-żona iġorr banner li kien jgħid “Il-foresti tagħna mhumiex għall-bejgħ”. 

Wara l-konfrontazzjoni, dawk li kienu qed jipprotestaw ħarġu mill-post u l-uffiċjali tas-sigurtà mblokkaw id-daħla taċ-ċentru tal-konferenza. Għadu mhux ċar min kien responsabbli għal dak kollu li nqala’. 

L-uffiċjali tas-sigurtà Brażiljan u tan-Nazzjonijiet Uniti ħadu azzjonijiet protettivi minnufih biex jiżguraw il-post, billi segwew il-protokolli tas-sigurtà stabbiliti kollha u kienu qed jinvestigaw l-inċident.

B’differenza mit-tliet COPs ta’ qabel, li saru f’pajjiżi bi gradi differenti ta’ gvern awtoritarju, l-ospitanti Brażiljani qed jinkoraġġixxu b’mod attiv lis-soċjetà ċivili u lid-dimostrazzjonijiet fit-toroq biex ikollhom rwol f’din il-konferenza.

Fil-fatt. għexieren ta’ nies ħadu azzjoni fuq post fil-konferenza u ħeġġew lill-NGOs u lill-gruppi Indiġeni biex ikollhom rwol bla preċedent fit-taħditiet.

L-attivisti żdiedu fin-numru matul il-ġimgħa li għaddiet u diġà qed jorganizzaw sa erba’ avvenimenti kuljum, li kollha kienu paċifiċi, sa issa. Nhar it-Tlieta, kien hemm protesti kollettivi minn partitarji favur il-Palestina u grupp tas-saħħa u l-ambjent.

Ħafna aktar attivisti favur l-ambjent se jaslu f’flotilla, stmata għal madwar 100 bastiment, immexxija minn żewġ mexxejja Indiġeni l-aktar rispettati tal-foresta tropikali tal-Amażonja, Raoni Metuktire u Davi Kopenawa Yanomami.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport