Uffiċjali tal-Gvern Afghan qalu li mill-inqas tmien persuni ndarbu fi ġlied bejn il-forzi tas-sigurtà u militanti fil-kampus tal-Università ta’ Kabul.
Hamid Obaidi, kelliemi għall-Ministeru għall-Edukazzjoni, f’kummenti lill-aġenzija tal-aħbarijiet AFP qal li l-ġlied żvolġa hekk kif uffiċjali tal-Gvern kienu mistennijin li jaslu fuq il-post biex tinfetaħ fiera tal-kotba Iranjana.
L-aġenzija tal-aħbarijiet Iranjana ISNA lbieraħ irrapportat li l-Ambaxxatur Iranjan Bahador Aminian kellu jżur l-università biex jinawgura l-fiera.
Masooma Jafari, deputat kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa, f’kummenti lil AFP qalet li tmien persuni, fosthom għalliema u studenti, ittieħdu fi sptar biex jirċievu kura għall-ġrieħi li sofrew.