Għal dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm sensiela ta’ vandaliżmu fi Ġnien il-Familja f’Marsaxlokk.
Konsegwenza ta’ dan il-ġnien li tant kien imfittex minn familji spiċċa fi stat ta’ periklu u għalhekk kellu jingħlaq. Kien il-Kunsill stess li ħareġ dan l-avviż fejn qal li qegħdin jistennew l-injam biex ikunu jistgħu jirranġaw il-vandaliżmu. Se jkunu qegħdin jirrangaw il-bandli li bla ebda raġuni spiċċaw imkissrin.
Il-kunsill jisħaq li hu ta’ dispjaċir kbir kif xi ħaġa li saret tant tajjeb biex titgawda min-nies tal-lokali tispiċċa vandaliżżata.
Jekk ma hemmx cameras ghamluhom.Nies hodor li ma jahmlux jaraw il gid.