Wednesday, December 17, 2025

“Go back to your country”… ma jinstabx ħati li nsulenta xufier

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 22 sena ma nstabx ħati li nsulenta xufier ta’ cab. Fost l-oħrajn allegtament kien qallu “go back to your country”.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace qalet  li l-Prosekuzzjoni ma rnexxilix tilħaq il-livell ta’ prova meħtieġa biex l-imputat jinstab ħati. Qalet li l-allegat vittma lanqas ma seta jidentifika lill-imputat bħala l-persuna li nsulentah.

L-allega każ kien seħħ fl-4 ta’ Marzu tas-sena l-oħra meta skont ix-xhieda li ta l-allegat vittma qal li dan kollu seħħ hekk kif kien isuq fi triq qrib il-Junior College.

Xehed li hu ħares mill-mirja tal-karozza u kulma ra kien karozza waħda li kienet għadha ‘l bogħod. 

L-allegat vittma qal li f’daqqa waħda ra lil xi ħadd iżid il-il-veloċità f’daqqa u xħin ġie maġenbu qabad jinsultah. 

Allegatament l-imputat beda jgħidu “‘barrani injorant” u anke “go back to your contry”. Ix-xhud qal li fil-cab kellu klijent li ħad ritratt tan-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozza.

Iżda meta kien mistoqsi mill-Qorti jekk jagħrafx lill-imputat li kien hu li nsulentah, ix-xhud wieġeb li il-ħin kien miblugħ u ma rrikkonoxiex lir-raġel u għalhekk ma jiftakarx wiċċu. 

Aktar minn hekk, il-klijent li ħa r-ritratt tal-pjanċi tal-karozza lanqas ġie ddentifikata u għalhekk ma setax jitella’ jixhed.

Minħabba, nuqqas ta’ provi l-Qorti, qalet li ma tistax torbot dan ir-reat mal-akkużat fiċ-ċert u għalhekk ħelset liż-żagħżugħ minn kull ħtija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport