Saturday, December 28, 2024

Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series – Harding jkompli bis-sensiela ta’ rebħ ġewwa s-Salina

Buttigieg tirbaħ il-kategorija femminili

Aqra wkoll

Għalkemm l-ebda rekord ma nkiser fis-Salina nhar il-Ħadd li għadda matul it-tielet tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon, is-sensiela ta’ rebħ ta’ Julian Harding kompliet. Harding, favorit ċar f’dan l-istaġun, rebaħ it-tielet tellieqa tiegħu b’vantaġġ ta’ erba’ minuti fuq Keith Galea li kiseb it-tieni post.

L-esperjenza li għandu fl-għawm Harding kienet evidenti. Hu kiseb vantaġġ tajjeb mill-bidu nett biex żamm fuq quddiem fit-tellieqa u  baqa sakem kabbar  id-distakk tiegħu. Harding temm it-tellieqa f’1 siegħa 21 sekonda. Warajh kien Keith Galea li spiċċa f’siegħa, erba’ minuti u sitta u għoxrin sekonda. Fit-tielet post, wara ġirja b’saħħita kien Jesrit Angel Camilleri li għamel ħin ta’ siegħa sitt minuti u disa’ sekondi.

Fil-kategorija femminili Lara Buttigieg ħadet it-tieni rebħa tagħha fis-Serje. Hija żammet distakk komdu matul it-tellieqa kollha. Minkejja li kellha għawma tajba, Pia Zammit kella sfida mill-atleta Krista Kuusijarvi li għelbet lil Zammit u kisbet it-tieni post b’distakk ta’ disgħa u tletin sekonda. Madankollu l-prestazzjoni ta’ Zammit ratha tnaqqas kważi minuta mill-ħin tat-tellieqa preċedenti tagħha.

Ritratt: Deacon Xuereb/DX Photography

L-aħħar tellieqa tal-Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series se ssir nhar il-Ħadd 19 ta’ Settembru fis-Salina fis-730ta’filgħodu. It-Tellieqa ġiet innominata bħala l-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon mill-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon.

Go & Fun BSJ Sprint Triathlon Series Race 3 Riżultati

1stJulian Harding (Individual) 1:00.21Lara Buttigieg (Pembroke Athleta) 1:11:01
2ndKeith Galea (Birkirkara St Joseph) 1:04:26Krista Kuusijarvi  (Individual) 1:16:20
3rdJesrit Angel Camilleri (Mosta Tri Team) 1:06:09Pia Zammit (MYTA) 1:16:59
Ekonomija

Sport