Valletta ……..…0
Birkirkara …….1
Goal fil-ħin miżjud ta’ Alessandro Coppola ta rebħa ta’ 1-0 lil Birkirkara fuq Valletta biex dawn tal-aħħar ħarġu b’idejhom vojta mill-Istadium Nazzjonali meta rebħa kienet prijoritá u tant bżonjuża.
Il-Beltin, li qed jissieltu għas-salvazzjoni, jistgħu jiġu milħuqa minn Gzira United u maqbuża minn Mosta bil-possibbiltá li jsibu ruħħhom f’inkwiet kbir.
Huma kellhom jgħaddu mingħajr iż-żewġ players, Brandon Paiber u Federico Falcone minħabba li qed jirkupraw minn injury, b’dan tal-aħħar se jdum barra mill-azzjoni madwar xahar.
Kien bidu bilanċjat fejn iż-żewġ settijiet ta’ players bdew jilagħbu minn kaxxa sa kaxxa hekk kif id-difiżi rispettivi bdew jannullaw lill-attakkanti avversarji biex il-ballun rari resaq lejn iż-żewġ lasti.
Territorjalment Birkirkara kienu kemmxejn aħjar iżda Valletta bdew jiddefendu b’għaqal kbir u bdew joperaw bil-kontrattakki.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fil-31 minuta meta minn azzjoni ta’ corner, Andrea Zammit xeħet cross fuq it-tieni lasta fejn kien hemm Enrico Pepe iżda l-ballun kien ftit għoli biex iċ-ċans għal Birkirkara ntilef.
Fis-36 minuta, Eward Sarpong venvent xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa iżda daqstant ieħor kien tajjeb is-save tal-goalkeeper Belti, Alessandro Guarnone.
Fl-45 minuta, Paul Mbong għadda lejn Alessandro Coppola li avvanza u minn tarf il-kaxxa fajjar kanunata li għaddiet ftit għoli.
Fit-tieni taqsima, l-ewwel xutt li ġie ndirizzat lejn il-lasti wasal fis-67 minuta minn free-kick ta’ Maxuell Maia, li iżda, għadda ftit għoli.
U bl-ebda azzjoni oħra ma ġiet reġistrata, il-partita dehret li kienet riesqa lejn paritá … sakemm fit-93 minuta, minn azzjoni ta’ corner, ALESSANDRO COPPOLA xeħet lill-partitarji Karkariżi f’dellirju ta’ ferħ meta minn azzjoni ta’ corner skorja permezz ta’ daqqa ta’ ras.
VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 3-Juan Bolanos Ramires, 6-Enzo Ruiz (23-Milan Jezdimirovic 85), 8-Fernando Omar Barrientos, 10-Shaun Dimech, 11-Gonzalo Braganca De Oliveira (80-Alfred Hamanjoda Silas 68), 13-Jake Azzopardi (14-Christian Gauci 91), 30-Victor Luis Filho, 66-Neil Anthony Micallef, 77-Jhonnattan Benites De Conceicao (15-Keyon Ewurum 68), 93-Diego Cardoso Nogueira – Coach: Vincenzo Potenza
BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowski, 5-Enrico Pepe, 8-Paul Mbong, 10-Andrea Zammit (70-Omar Elouni 61), 11-Kurt Zammit, 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola, 36-Edward Sarpong (99-Andrei Ciolacu 83), 77-Ali Diakite, 91-Maxuell Maia (20-Alexander Satariano 75) – Coach: José Borg
REFEREE: Matthew Degabriele
ASS. REFEREES: Roberto Vela, Max-Lee Muscat
RABA’ UFF: Slobodan Petrovic
SKORER: A. Coppola 93 (B)
AMMONITI: P. Mbong, A. Coppola (B)