Saturday, December 21, 2024

Goal ta’ Luke Montebello jżomm it-tamiet ta’ Birkirkara ħajjin

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Birkirkara …..…1

Gzira United…0

Birkirkara żammew il-pass mat-timijiet ta’ fuq meta għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 1-0 biex dawn tal-aħħar ħadu skoss fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għall-kwalifikazzjoni fiċ-Championship Pool.

Wara biss 10 minuta, Bir­kirkara fetħu l-iskor minn LUKE MONTEBELLO li kkonkluda fix-xibka mill-cross ta’ Ryan Scicluna.

Erba’ minuti biss wara reġa’ kien Luke Montebello li resaq viċin meta t-tentattiv tiegħu spiċċa ftit għoli.

L-Istripes komplew jinsistu u fit-22 minuta, Johnson Nsumoh kellu x-xutt salvat minn fuq il-linja fatali mid-difensur Gabriel Bohrer Mentz.

Gzira wieġbu fis-26 minuta meta free-kick ta’ Steve Pisani ġie mdawwar f’corner minn Amara Sylla.

Fit-38 minuta, l-istess Steve Pisani għadda through pass fid-direzzjoni ta’ Jefferson De Assis iżda Sylla ħareġ jinnewtralizza.

It-team immexxi mill-coach Darren Abdilla beda jipproduċi logħob sabiħ u erba’ minuti wara, Jackson Mendoza, xeħet cross pinġut lejn il-captain żagħżugħ Nikolai Muscat li deher li nħasad bil-ballun u kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu li ntemm ferm għoli.

Fil-55 minuta xutt mill-viċin tas-sostitut Clive Gauci għall-Maroons ukoll li falla l-mira.

Huma komplew jippressaw u, fis-76 minuta, minn azzjoni ta’ corner il-ballun spiċċa f’saqajn Antonio Pa­vic li kellu x-xutt jiġi devjat f’corner minn Sylla, għal­kemm il-ballun xorta deher destinat għal barra.

BIRKIRKARA: 12-Amara Sylla, 5-Enrico Pepe, 6-Yannick Yankam (2-Enzo Ruiz 89), 7-Luke Montebello, 8-Claudio Bonanni, 14-Johnson Nsumoh (10-Paul Mbong 64), 21-Ryan Scicluna, 23-Bismark Ngissah (20-Federico Falcone 64), 25-Oscar Carniello, 27-Leandro Aguirre, 77-Diego Venancio   – Coach: André Paus

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer   Mentz, 4-Marko Cosic, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani, 8-Zachary Scerri (5-Luke Ta­bone 89), 19-Antonio Pavic, 20-Nevin Portelli (17-Clive Gauci 46), 91-Maxuell Maia, 94-Jefferson De Assis, 98-Jackson Mendoza (9-Tono Ko­lega 46)  – Coach: Darren Abdilla

REFEREE: Glen Tonna

ASS. REFEREES: Edward Spiteri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Fyodor Zammit

SKORER: L. Montebello 10 (B)

AMMONITI: J. De Assis, N. Muscat (GU), C. Bonanni, Y. Yankam, E. Pepe, A. Sylla (B)

Ekonomija

Sport