Friday, November 29, 2024

Goal ta’ Matthew Guillaumier jagħti rebħa minima lil Hamrun S.

Aqra wkoll

Floriana…………….0

Hamrun S………….1

Kellu jkun goal tal-player tal-mument Matthew Guillaumier li ta rebħa minima ta’ 1-0 u tliet punti prezzjużi lil Hamrun Spartans kontra Floriana, biex huma komplew jersqu qrib ir-rebħ tat-tieni kampjonat fi tliet staġuni.

L-ewwel taqsima ftit li xejn offriet emozzjonijiet, biż-żewġ timijiet jaqsmu l-logħob bejniethom f’nofs il-ground.

Hamrun skorjaw il-goal tar-rebħa fil-65 minuta meta freekick ta’ Ognjen Bjelicic ġie salvat parzjalment minn Georgi Kitanov li laqa’ wkoll ix-xuttijiet ta’ Elvis Mashike, madankollu pront kien MATTHEW GUILLAUMIER li mir-rebound mill-vicin tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Hamrun kienu għddhom rduppjaw l-iskor, erba’ minuti wara meta Matthew Guillaumier ta through pass lil Roko Prsa li avvanza tajjeb iżda ra lill-goalkeeper Bulgaru tal-Greens, Georgi Kitanov isalva tajjeb.

Fil-75 minuta, is-sostitut ta’ Floriana Mattia Veselji kważi ħasad lill-Ħamruniżi meta għeleb lil Henry Bonello b’xutt fil-baxx iżda Rodrigo Torre Callegari tajjar il-ballun f’corner biex b’hekk evita kull periklu għall-Ħamruniżi.

Floriana: 33-Georgi Kitanov, 77–Aleandro Garzia, 2-Adam Magri Overend (7-Mattia Veselji 73), 28-Emiliano Callegari, 4-Oualid El Hasni, 24-Lorenzo De Grazia (19-Luca Accarino 75), 20-Matias Nicolas Garcia (21-Carlo Zammit Lonardelli 73), 10-Jose Ulises Arias (18-Neil Cassar 89), Jan Busuttil, 26-Alen Melunovic, 40-Sindre Osestad (25-Lorenzo Trillo 73) Coach: Gianluca Atzori

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 27-Ognjen Bjelicic, 91-Emerson Marcelina, 14-Rodrigo Torre Callegari, 28-Juan Carlos Corbalan, 94-Ryan Camenzuli, 6-Matthew Guillaumier, 12-Roko Prsa (77-Joseph Mbong 71), 63-Jonny (10-Dodo 76), 3-Ederson Bruno Domingos, 9-Elvis Mashike (23-Karl Holmberg 85) Coach: Branko Nisevic

Referee: Philip Farrugia

Ass. Referees: Duncan Spencer, James Muscat

Raba’ Uffiċjal: Darryl Agius

Skorers: M. Guillaumier 65 (H)

Ammoniti: J. Ulises Arias, M. N. Garcia, A. Melunovic (F), H. Bonello, O. Bjelicic, Jonny (H)

Player tal-Logħba: Matthew Guillaumier (H)

Sport