Minn Cristian Muscat
Birkirkara..….2
Balzan………..1
Kellu jkun goal tard fil-partita eżattament fil-85 minuta tal-player Taljan minn Napli Kevin Tulimieri li ta tliet punti prezzjużi lil Birkirkara f’rebħa ta’ 2-1 fuq Balzan.
Kienu Balzan li ħarġu fuq l-offenisva u lanqas kienet għaddiet minuta meta xutt minn pożizzjoni ideali ta’ Alex Satariano għadda ftit barra.
Iżda kienu Birkirkara li fetħu l-iskor fil-11-il minuta meta wara li rċieva minn corner mogħti minn Alex Da Pixao Alves, OSVALDO IORIO, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.
Huma komplew fuq l-offenisva u fid-39 minuta, wara li rċieva minn cross ta’ Alex da Paixao Alves, Enzo Daniel Cabrera avvanza tajjeb u mill-viċin ra lill-goalkeeper ta’ Balzan Jonathan Debono idawwar tajjeb f’corner.
Balzan ġabu l-iskor indaqs fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta f’azzjoni maħduma bizzilla, Alex Satariano xeħet cross lejn Paul Fenech li b’eleganza għadda tajjeb lejn Aleksa Andrejic li kellu xutt tajjeb salvat parzjalment mill-goalkeeper Taljan tal-Istripes, Gicomo Nava, biex mir-rebound daħal tajjeb MATHEUS DE SOUSA li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.
Fis-56 minuta, Balzan tilfu ċans tad deheb li jaqilbu l-iskor favurihom meta Alex Satariano kellu tentattiv minn taħt il-lasta salvat bi bravura minn Nava, biex salva goal ċert.
Iżda kienu Birkirkara li skorjaw il-goal tar-rebħa fis-86 minuta meta s-sostitut KEVIN TULIMIERI kkontrolla tajjeb u venven xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Jonathan Debono, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.
Fil-ħin miżjud, Balzan spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom is-sostitut Samir Arab permezz ta’ karta ħamra diretta wara li waqqa’ lil Yannick Yankam li kien destinat li jkompli javvanza lejn il-lasta.
Birkirkara: 1-Giacomo Nava, 2-Osvaldo Iorio (10-Paul Mbong 80), 5-Enrico Pepe, 7-Alex da Paixao Alves (23-Jean Paul Farrugia 85) , 8-Yannick Yankam, 11-Kurt Zammit, 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabrera (92-Kevin Tulimieri 80), 42-Simon Zibo, 72-Alessandro Coppola, 77-Denis Custodio Ribeiro (6-Diego Pires dall’Oca 61) Coach: Giovanni Tedesco
Balzan: 23-Jonathan Debono, 2-Ivan Bozovic, 4-Duvan Torres (17-Leonardo Agius 89), 6-Marcus Grima (44-Adam Bradshaw 84), 8-Paul Fenech, 10-Angel Torres, 19-Milos Zlatkovic, 21-Alex Satariano (5-Samir Arab 68), 24-Nikola Braunovic (27-Momcilo Raso 68), 33-Matheus de Sousa, 77-Aleksa Andrejic (86-Bojan Kaljevic 77) Coach: Oliver Spiteri
Referee: Trustin Farrugia Cann
Ass. Referees: Luke Portelli, Thomas Debono
Raba’ Uffiċjal: Ezekiel Barbara
Skorers: O. Iorio 11, K. Tulimieri 85 (BKR), M. De Sousa 46 (BLZ)
Tkeċċa: S. Arab 93 (BLZ)
Ammoniti: G. Nava, A. Da Paixao Alves, K. Zammit, E. D. Cabrera, A. Coppola (BKR), M. Zlatkovic, A. Satariano, A. Andrejic (BLZ)
Player tal-Logħba: Alex Da Paixao Alves (BKR)