Goalkeeper ta’ 13-il sena spiċċa vittma ta’ aggressjoni waqt turnament f’Collegno, fil-Piemonte, meta missier ta’ plejer avversarju tah xebgħa fi tmiem il-partita. Il-każ, li wassal biex iż-żagħżugħ kiser siequ sew, inqabad fuq filmat minn spettaturi u ħoloq ġlieda oħra bejn plejers u ġenituri.
Il-klabb tiegħu, Volpiano Pianese, iddeċieda li jirtira lit-tim ta’ taħt l-14 sena mit-Tournament Super Oscar. Gianluigi Donnarumma u anke Gianluigi Buffon wrew solidarjetà u stiednuh biex imur f’Coverciano jara lit-tim nazzjonali Taljan bħala sinjal ta’ appoġġ.