Wednesday, December 25, 2024

Godfrey Farrugia jistaqsi għaliex għadu ma ġiex dikjarat stat ta’ emerġenza minħabba l-ammont ta’ każi ta’ Covid-19

Aqra wkoll

Id-Deputat Parlamentari, Godfrey Farrugia, fl-intervent tiegħu fis-seduta Parlamentari tal-lejla fil-Parlament tkellem dwar il-pandemija tal-Covid-19. Qal li meta n-numru tal-każi kien ferm inqas minn dawk li qed jiġu reġistrati llum il-ġurnata kien ġie dikjarat stat ta’ emerġenza.

Tenna li min-naħa l-oħra hekk kif illum ġew reġistrati 218-il każ ġdid ta’ Covid-19 u bil-każi attivi jammontaw għal kważi 2,000 każ, dan l-istat ta’ emerġenza ma ġied dikjarat. Huwa staqsa lill-Prim Ministru Robert Abela għaliex dan ma sarx.

Żied jgħid li “d-dulur li hemm barra huwa wieħed fenomenali. Illum kif tiltaqa’ ma xi ħadd fit-triq u tgħidlu kif int jgħidlek ‘negattiv’. Qed nitlob lill-Prim MInistru biex ma jindaħalx lis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika u lill-Ministru għas-Saħħa. Nappella lill-Prim Ministru biex lilna t-tobba jħallina naħdmu.”

Ekonomija

Sport