Il-Ħamis tard filgħaxija ntemmew il-logħbiet kollha tal-gruppi waqt il-Kampjonat Ewropew tas-Snooker tat-timijiet tal-irġiel li qed isir f’Golem, l-Albanija, fejn Malta kkwalifikat direttament għal kwart finali b’żewġ timijiet.
Malta 1 iffurmat minn Aaron Busuttil u Chris Peplow rebħu t-tliet logħbiet li kien jonqoshom u rebħu l-grupp. Huma rebħu bi tlett scores identiċi b’punteġġ finali ta’ 3-1, fejn l-avversarji tagħhom kienu Polonja 3 (Paweł Rogoza – Bartosz Utkowski), Ungerija (Erik Nagy – Attila Horváth) u Bulgarija 2 (Velian Dimitrov – Jan Laushman).
Anke’ Malta 3 kompost minn Philip Ciantar u Isaac Borg spiċċaw l-ewwel fil-grupp wara li rebħu l-aħħar impenn tagħhom, 3-0, kontra l-Ukraina (Anton Kazakov – Mykhailo Larkov). Huma kienu diġa’ kkwalifikaw wara li fl-ewwel jum rebħu ż-żewġ logħbiet kontra l-Albanija 2 u l-Portugall.
Iż-żewġ timijiet għaddew direttament għal kwarti finali peress kienu fost l-aktar erba’ timijiet li kisbu l-aħjar riżultati fl-ewwel fażi. It-timijiet l-oħra li għaddew kellhom jilgħabu play-offs biex ikunu determinati l-erba’ l-oħra li jingħaqdu mal-aħħar tmienja.
Fil-kwarti finali Malta 1 ta’ Aaron Busuttil u Chris Peplow ser jilgħabu kontra Franza 1 (Nicolas Mortreux – Gauvain Bazin) filwaqt li Malta 3 Philip Ciantar u Isaac Borg iridu jiltaqgħu kontra Albanjia 1 (Kledio Kaci – Dorjan Maknori). Fl-eventwalita’ li ż-żewġ timijiet Maltin jirbħu jkun iridu jilgħabu kontra xulxin fis-semi finali li ħa jsiru s-Sibt.
Malta 2 ta’ Alex Borg u Joseph Casha tilfu l-aħħar żewġ konfronti tal-gruppi u ġew eliminati. Huma ġew megħluba minn Albanija 1 (Kledio Kaci – Dorjan Maknori), 3-0 u kontra Wales (Alfie Davies – Riley Powell), 3-1.
Iż-żewġ kwarti finali l-oħra ser ikunu kkontestati bejn Polonja 1 (Tomasz Skalski – Sebastian Milewski) kontra l-Ukraina (Anton Kazakov – Mykhailo Larkov) u Wales (Alfie Davies – Riley Powell) kontra France 2 (Fabian Monnin – Gregory Kopec).
Golem 2025 – Żewġ timijiet jikkwalifikaw direttament mal-aħħar tmienja