Wednesday, October 30, 2024

Golf: Marcus Armitage jirreġistra rekord ġdid 

Aqra wkoll

Il-golfer Ingliż Marcus Armitage ħoloq course record ta’ 63 sabiex qiegħed fl-ewwel post tal-klassifika b’differenza ta’ shot wieħed biss hekk kif ilbieraħ beda l-Open ta’ Mallorca.  

Il-golfer ta’ 35 sena rnexxielu jagħmel tmien birdies sabiex ħalla lil dawk preżenti b’ħalqhom miftuħ. Fil-fatt Armitage rnexxielu jwettaq birdie fit-tieni, il-ħames, it-tmien u d-disa’ toqba sabiex eventwalment kompla bit-triq tar-rebħ.   

Armitage qal li kellu bidu tajjeb iżda jrid joqgħod attent mill-golfers rivali tiegħu li jrid joqgħod b’seba’ mitt għajnejn fuqhom.  

Sport