Friday, November 15, 2024

Golf: Organizzat il-Malta International Junior Open

Aqra wkoll

Ftit tal-jiem ilu, l-Assoċjazzjoni tal-Golf f’Malta organizzat il-Malta International Junior Open fejn 63 plejer żagħżugħ u żagħżugħa minn 17-il pajjiż differenti ħadu sehem f’din il- kompetizzjoni li ntlagħbet fil- Royal Malta Golf Club bejn it-3 u l-5 ta’ April.

Ma kinitx biċċa xogħol faċli għall-plejers sabiex juru l-potenzjal tagħhom, hekk kif kellhom jaffaċċjaw temp b’xita u rih qawwi waqt din il-kompetizzjoni.

Malta kienet irrappreżentata minn sitt plejers Noah Gratil, Finley Gratil, Oliver Stuart, Alexander Vagimov, Filippa Schulze Doering u Laya Cristina.

Fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena, suċċess għall-Ġermaniż Jonas Rother filwaqt li fil-kategorija femminili Deniz Sapmaz mit- Turkija kisbet l-ewwel post.
Il-Malti Noah Gratil spiċċa fir-raba’ post filwaqt li Alexandr Vagimov temm fis-sitt pożizzjoni. Ir-rappreżentanti Maltin femminili Filippa Schulze Doering u Laya Cristina kisbu it-tmien u it-tlettax pożizzjoni rispettivament.

Fil-kategorija ta’ taħt il-21 sena, is-Slovakk Rene Bergendi kien konsistenti tul it-turnament kollu tant li rebaħ din is-sezzjoni bir-rappreżentanti Maltin Oliver Stuart u Finley Gratil jispiċċaw fit-tielet u l-ħames post rispettivament.
Fil-logħob femminili, Zsofia Foldhazi Nagy mil-Ungerija kienet prominenti fil-kategorija tagħha.

Hugo Zhang kien rebbieh ta l-aħjar net score fil- kategorija ta’ plejers lokali.

Fl-aħħar tat-turnament, il- President tal- Assoċjazzjoni Maltija tal- Golf, William Beck, flimkien mal- Kaptan tal- Royal Malta Golf Club, Benjamin Mangion, ippreżentaw it-trofej lir-rebbieħa.

Ekonomija

Sport