Wednesday, June 4, 2025

Golf: Team Malta jirbħu l-avveniment annwali

Aqra wkoll

Team Malta rebħu l-avveniment annwali ta’ Malta vs The Rest organizzat mir-Royal Malta Golf Club u li bih temm l-istaġun 2024/25.

Din kienet l-ewwel darba wara ħames snin li l-Maltin ħadu x-xabla, il-premju abbinat ma’ din il-kompetizzjoni hekk kif f’dawn l-aħħar sentejn il-logħba dejjem spiċċat fi draw.

Din kienet kompetizzjoni bejn l-aqwa plejers Maltin tal-golf kontra l-plejers barranin ibbażati f’Malta u li saret f’atmosfera ta’ ħbiberija.

Il-Maltin bdew tajjeb fl-ewwel jumejn u stabilixxew vantaġġ tajjeb u kien biss fl-aħħar ġurnata li The Rest irkupraw għalkemm ma kienx biżżejjed sabiex sfaw megħluba 13-11.

Team Malta kien magħmul minn Andrew Naudi, Samuel Azzopardi, Patrick Baldacchino, Luc Schembri, Matthew Mangion, Nicholas Laferla, Zachary Pisani, JJ Micallef, Danjel Bogdanovic, Ruud Critien, Nicholas Urpani u Andy Borg bil-captain ikun William Beck.

The Rest kellhom lil Steven Paterson, Eugene Cranley, Anders Bergman, Andrew Featherstone, Alexandr Vagimov, Finley Gratil, Adam Sanders, Marc Askew, Noah Gratil, Zhetang Zhang, Fredrick Johansson u Bryan Peterkin bil-captain li kien Stewart Davies.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport