Wednesday, October 9, 2024

Gonzalo Higuain mgħajjar mill-partitarji Naplitani

Aqra wkoll

Hekk kif l-attakkant Arġentin, Gonzalo Higuain, ħabbar li rtira mil-logħba tal-futbol fl-eta’ ta’ 34 sena, l-eks klabb tiegħu Napoli ppubblika video sabiex isellem il-karriera ta’ dan il-plejer b’siltiet tal-gowls li kien skorja mal-Partenopei. 

Minkejja kollox, il-partitarji Naplitani xejn m’apprezzaw dan il-video hekk kif fuq is-siti soċjali ewlenin hu rċieva tgħajjir kontinwu minħabba li għadhom iqisuh bħala traditur meta ngħaqad ma’ Juventus fis-sena 2016.

Higuin, imlaqqam El Pipita, lagħab fi Stadio San Paolo bejn l-2013 u l-2016 fejn skorja 71 gowl f’104 partiti.

Sport