Gzira U … 1
Floriana … 0
Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat, 7-Steve Pisani (17-Clive Gauci 73), 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 22-Toni Kolega, 44-Marko Cosic, 91-Maxuell Maia (47-Brooklyn Borg 90), 94-Jefferson De Assis (16-Luis Carlos Riascos 83) Coach: Darren Abdilla
Floriana: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend (24-Lorenzo De Grazia 72), 4-Oualid El Hasni, 5-Zachary Cassar, 8-Kemar Reid, 9-Andrei Ciolacu (22-Kyrian Nwoko 63), 10-Jose Ulises Arias (7-Mattia Veselji 77), 16-Fernando Ezequiel Juarez, 17-Owen Spiteri, 30-Jan Busuttil (25-Lorenzo Trillo 72), 77-Aleandro Garzia Coach: Gianluca Arzri
Referee: Ishmael Barbara
Ass. Referees: Duncan Sultana, Duncan Spencer
Raba’ Uffiċjal: Philip Farrugia
Skorers: J. De Assis 30 (G)
Tkeċċa: C. Gauci 90 (G)
Ammoniti: J. De Assis, C. Gauci (2), N. Muscat(G)
Player tal-Loghba: Jefferson De Assis (G)
Kellu jkun gowl uniku tal-iskorer prolifiku Brażiljan Jefferson De Assis man-nofsiegħa logħob li ta tliet punti prezzjużi lil Gzira United hekk kif għelbu lil Floriana, bl-iskor minimu ta’ 1-0, b’din tkun it-tielet telfa għall-Greens fil-kampjonat. Permezz ta’ din ir-rebħa, il-Maroons laħqu lil Birkirkara fit-tieni post bi 17-il punt, żewġ punti biss taħt il-leaders Hamrun Spartans.
Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu fit-12-il minuta permezz ta’ Kemar Reid li kellu xutt imblukkat f’corner minn difensur avversarju.
Dan sabiex ftit sekondi biss wara Adam Magri Overend indirizza cross fid-direzzjoni ta’ Jan Busuttil li kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu jintemm ftit barra.
Gzira wieġbu tliet minuti wara u rebħu penalty meta l-goalkeeper Bulgaru Georgi Kitanov waqqa’ lil Maxuell Maia fil-kaxxa. Iżda mill-11-il metru nkariga ruħu l-istess Maxuell Maia li ra x-xutt angulat fil-baxx tiegħu jiġi salvat f’corner bi bravura mill-istess Kitanov.
Floriana reġgħu ħolqu l-periklu fl-24 minuta meta Kemar Reid kellu xutt insidjuż minn tarf il-kaxxa li ġie mdawwar f’corner b’ċerta abilitá mill-goalkeeper Kroat tal-Maroons, Darijan Zarkov.
Iżda kienu l-Maroons li fetħu l-iskor man-nofsiegħa logħob meta Gabriel Bohrer Mentz minn nofs il-ground għadda daqqa ta’ ras lejn JEFFERSON DE ASSIS, li wara li kkontrolla tajjeb il-ballun, minn pożizzjoni ideali spara l-ballun fix-xibka.
Fil-ftuħ tat-tieni taqisma, Gzira ħarġu ferm aggressivi u fit-48 minuta, freekick insidjuż ta’ Steve Pisani ġie devjat f’ corner minn Fernando Ezequiel Juarez.
Il-Greens irrispondew fis-76 minuta permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Kyrian Nwoko li ntemm barra.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fil-81 minta, xutt mid-distanza ta’ Lorenzo De Grazia għadda ftit barra.
Mad-90 minuta, Gzira qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom il-player Clive Gauci wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita.