Monday, September 1, 2025

Gozo Pride 2025: Qegħdin Nerġgħu Lura lejn l-Għeruq ta’ Protesta tagħna

Aqra wkoll

LGBTI+ Gozo bi pjaċir kbir ser tospita r-raba’ Marċ Annwali tal-Gozo Pride nhar is-Sibt, 6 ta’ Settembru f’Victoria, bħala ċ-ċelebrazzjoni annwali tagħna tal-imħabba, l-aċċettazzjoni u d-diversità. Din is-sena, ser inwasslu l-Pride lura lejn l-għeruq tagħha ta’ protesta f’mument meta d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+ qegħdin dejjem aktar mhedda madwar id-dinja. 

L-ewwel marċ tal-Pride kien protesta kontra l-brutalità, id-diskriminazzjoni u l-istigma, u anke llum, il-Pride jibqa’ kemm ċelebrazzjoni kif ukoll sejħa kontinwa għal ugwaljanza u ġustizzja. Billi l-populiżmu tal-lemin estrem u n-narrattivi anti-ġeneru qegħdin jiżdiedu madwar l-Ewropa u lil hinn minnha,

il-Pride f’Għawdex jibgħat messaġġ ċar: id-drittijiet li nkisbu jistgħu jittieħdu lura, u s-solidarjetà bejn il-fruntieri hija essenzjali. 

Anke hawn Malta, minkejja li hi l-ewwel fuq il-Rainbow Index, persuni LGBTIQ+ xorta jiffaċċjaw diskriminazzjoni, aggressjoni u mibegħda sempliċement għax huma min huma. Il-Pride iservi ta’ fanal għal dawk li jiffaċċjaw preġudizzju bħal dan kuljum u jfakkarhom li mhumiex waħedhom.

Il-programm ta’ ġimgħa u nofs tal-Gozo Pride jibda mit-2 ta’ Settembru sal-14 ta’ Settembru u jinkludi firxa ta’ attivitajiet bħall-workshops, avvenimenti kreattivi, attivitajiet komunitarji u laqgħat soċjali. LGBTI+ Gozo se tniedi wkoll l-ewwel wirja tal-arti f’Għawdex iffokata fuq il-LGBTIQ+- Bejn l-Imħabba u l-Ġlieda – ‘Between Love and Struggle’ , fiċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċittadella

nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Settembru. 

Il-wirja qed tiġi ppreżentata f’kollaborazzjoni mal-Ambaxxata tal-Irlanda f’Malta u tiċċelebra kemm artisti queer Għawdxin kif ukoll alleati, kif ukoll id-dijaspora LGBTI+ Irlandiża. Din il-wirja, li tibqa’ miftuħa sal-14 ta’ Settembru, tinkludi wkoll l-installazzjoni li tivvjaġġa Out in the World imkura minn EPIC The Irish Emigration Museum.

Is-Sibt 6 ta’ Settembru jimmarka l-qalba tal-Pride b’ġurnata sħiħa ta’ attivitajiet, inkluż it-2 Pride Village fil-Villa Rundle Gardens bejn l-10am u l-1pm, fejn is-servizzi ewlenin tal-LGBTIQ+ fil-gżira ser ikunu preżenti f’din is-suq queer vibranti biex jaqsmu riżorsi, informazzjoni u tagħmir tal-Pride. 

Ir-raba’ Marċ Annwali tal-Gozo Pride jibda fis-7pm minn Triq ir-Repubblika u jitlaq lejn Pjazza l-Indipendenza, fejn ser isegwu wirjiet u diskorsi minn partijiet interessati ewlenin. Iċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu aktar tard bil-Pride After Party b’drag shows, burlesque u mużika fil-Flamingo Club.

Il-programm sħiħ tal-avvenimenti tal-Gozo Pride jista’ jinstab fuq il-websajt tagħna. Il-Gozo Pride March 2025 u l-Pride Village huma sponsorjati parzjalment mid-Direttorat tad-Drittijiettal-Bniedem, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Ugwaljanza, Riformi u Djalogu Soċjali, u mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.

Il-Pride f’Għawdex mhuwiex biss għall-komunità LGBTIQ+, imma huwa għal kull min jemmen li ħadd m’għandu jiġi mweġġa’, imsikket jew imċaħħad mid-drittijiet tiegħu minħabba min hu. 

Kulħadd li jemmen fl-imħabba, il-kompassjoni u l-aċċettazzjoni huwa mħeġġeġ jingħaqad fl-aktar kuluri vibranti tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport