Wednesday, December 25, 2024

GP ta’ Monaco: Charles Leclerc se jibda mill-pole position

Aqra wkoll

Is-sewwieq tal-Formula Wieħed,  it-Taljan Charles Leclerc (Ferrari) rebaħ il-pole position tal-Grand Prix li se jsir f’Monaco fejn kiseb l-aħjar ħinijiet fil-provi uffiċjali meta waqqaf l-arloġġ f’minuta u 11.376 sekondi. 

Huwa ddominaw dawn il-provi, bil-kollega tiegħu, Carlos Sainz, jispiċċa b’0.225 ta’ sekonda aktar.  

Leclerc kien fuq id-dawra l-aktar veloċi qabel mal-Messikan, Sergio Perez (Red Bull) kellu inċident ma’ Sainz biex is-sessjoni twaqqfet. 

Perez kien it-tielet l-aktar veloci quddiem il-kollega tiegħu, l-Olandiż Max Verstappen, li kellu jikkuntenta bir-raba’ po­żizzjoni. 

Mill-ħames post se jibda l-Britanniku, Lando Norris (Mc­Laren) li se jkun segwit mill-kompatrijott George Russell (Mercedes). 

L-Ispanjol Fernando Alonso (Alpine) se jibda mis-seba’ post wara li kellu inċident li se jkun segwit mill-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes). 

Il-klassifika ġenerali hija: 110 – Max Verstappen; 104 – Charles Leclerc; 85 – Sergio Perez; 74 – George Russell; 65 – Carlos Sainz; 45 – Lewis Hamilton; 39 – Lando Norris. 

Ekonomija

Sport