Is-sewwieq Messikan tar-Red Bull, Sergio Perez, għeleb lil dak tal-Ferrari, Charles Leclerc, biex kiseb l-ewwel pole position tal-Grand Prix tal-Arabja Sawdija li huwa hija wkoll l-ewwel waħda tal-karriera tiegħu.
Il-Messikan kien 0.261 sekondi aktar veloċi mill-kollega tiegħu, l-Olandiż Max Verstappen, li waqa’ fir-raba’ post.
Perez għeleb lil Leclerc b’0.225sec, bl-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari) se jibda mit-tielet post.
Is-sewwieq tal-Mercedes George Russell kien is-sitt post hekk kif sieħbu Lewis Hamilton iddiżappunta bil-kbir meta se jibda mis-16-il post.